SERVIZZI GĦALL-ANZJANI 2025

Page 1


GĦALL-ANZJANI SERVIZZI

Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar huwa impenjat bissħiħ biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna. Nifhmu l-bżonnijiet differenti taċ-ċittadini kollha u mhux b’inqas talanzjani residenti f’Għawdex. Għaldaqstant, il-Ministeru joffri firxa komprensiva ta’ servizzi mfassla biex jippromwovu s-saħħa, il-benesseri, u l-attività fiżika, filwaqt li jiżguraw li l-individwi jżommu l-indipendenza u d-dinjità tagħhom.

Fil-qalba tas-servizzi offruti mill-Ministeru, insibu s-servizz ta’ kura residenzjali. Dan is-servizz huwa provdut f’diversi faċilitajiet li nsibu f’Għawdex li huma intiżi speċifikament għal dan il-għan fejn tingħata priorità lill-kumdità u s-sikurezza tal-klijent. Nassiguraw li kull faċilità għandha ħaddiema mħarrġa apposta, inkluż fil-kura medika. L-għan huwa li jinħoloq ambjent san fejn ir-residenti jkunu jistgħu jgawdu kwalità ta’ ħajja għolja. Il-Ministeru jiżgura li dawn id-djar huma akkoljenti, fejn jitrawwem sens ta’ appartenenza u dik ta’ komunità.

Għal dawk li jippreferu jibqgħu fi djarhom stess, il-Ministeru, permezz tad-Direttorat tas-Servizzi għal Għawdex, joffri servizzi estensivi ta’ kura fid-dar. Dawn is-servizzi jinkludu assistenza f’attivitajiet ta’ kuljum inkluż t-tindif tad-dar. Barra minn hekk, noffru wkoll sostenn ta’ professjonisti

fosthom dak ta’ fiżjoterapisti u social workers. Dan is-servizz jippermetti lill-anzjani jżommu l-indipendenza u l-kumdità tagħhom filwaqt li jirċievu l-assistenza meħtieġa biex jibqgħu b’saħħithom u sikuri fi djarom stess.

Iċ-ċentri tal-Anzjanità Attiva jipprovdu servizz vitali ieħor.

Dawn iċ-ċentri joffru firxa wiesgħa ta’ attivitajiet u programmi mfassla apposta għall-interessi u l-kapaċitajiet talparteċipanti anzjani. Minn klassijiet ta’ eżerċizzju fiżiku u arti u snajja’, għal avvenimenti soċjali u workshops edukattivi, iċċentri ta’ kura matul il-jum huma ċentri vibranti mimlija ħajja u attività. Dawn għandhom irwol kruċjali fil-promozzjoni tal-benesseri mentali u fiżiku permezz tal-interazzjoni u l-involviment soċjali ta’ min jipparteċipa u jattendi dawn iċċentri.

Il-Ministeru joffri wkoll korsijiet edukattivi għall-anzjani, għajnuna teknoloġika f’każ ta’ emerġenzi (Telecare+), għajnuna teknoloġika maħsuba għal persuni li jbatu middimensja (Telecare On The Move), servizzi ta’ handyman, servizzi ta’ ġardinara, servizzi ta’ hairdressing u aktar.

Dan kollu hu xhieda tal-impenn u d-dedikazzjoni tagħna biex nipprovdu firxa wiesgħa ta’ servizzi kompassjonali u komprensivi għall-anzjani. L-għan aħħari dejjem jibqa’ wieħed, dak li nħallu l-maħbubin tagħna jkomplu jgħixu ħajja indipendenti fil-qalba tal-komunitajiet rispettivi tagħna, hemm fejn trabbew, kibru u għexu. Madankollu meta anzjan ma jkunx jista’ jibqa’ jgħix b’mod indipendenti, aħna nagħmlu ħilitna biex nipprovdu l-faċilitajiet meħtieġa f’forma ta’ day centres, night shelters u residenzi għall-anzjani. Tabilħaqq, l-anzjani tagħna jistħoqqilhom l-aqwa kura.

Dan il-ktejjeb jagħti wkoll ħarsa aktar dettaljata lejn isservizzi offruti mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Clint Camilleri

Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar

Servizzi Offruti mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar

Permezz tat-Taqsima Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Speċjali, fi ħdan id-Direttorat tas-Servizzi Għawdex, ilMinisteru għal Għawdex u l-Ippjanar joffri għajnuna qalb il-komunità lill-anzjani kollha kif ukoll lil dawk bi bżonnijiet speċjali.

Hawn taħt sib il-lista ta’ servizzi li l-Ministeru joffri biex jgħin lill-anzjani u persuni bi bżonnijiet speċjali biex jgħixu ħajja b’saħħitha, attiva, u indipendenti:

• Telecare+

• Telecare on the Move

• Social Work

• Servizz ta’ Handyman

• Servizz ta’ Ġardinar

• Assistenza għall-Inkontinenza

• Meals on Wheels

• Hairdressing

• Fiżjoterapija

• Home Help Service

• Roħs fuq il-Kera tat-Telefown

• Università tat-Tielet Età

• Day Care Centre f’Għajnsielem

• Ċentri tal-Anzjanità Attiva (Active Ageing Centres)

• Dar tal-Anzjani – Dar San Ġużepp (Għajnsielem)

• Dar tal-Anzjani – Villa San Lawrenz (San Lawrenz)

• Night Shelter – Ġesù Nazzarenu (Xagħra)

• Day Centre u Night Shelter – Casa Amalia (Victoria)

• Dar tal-Anzjani - Casa Giuseppe (Victoria)

Kif tikkuntattjana?

L-uffiċini tagħna huma miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa

bejn it-8:00 am u s-2:00 pm. Ikkuntattjana jew żur l-uffiċċji tagħna fejn wieħed mir-rappreżentanti tagħna jgħinek u jipprovdilek formola tal-applikazzjoni għasservizzi offruti mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar

Applikazzjonijiet issibhom ukoll onlajn fuq:

• myGozo app

• servizz.gov (fittex: Servizzi tal-anzjani Għawdex)

Aktar dettalji

Taqsima Anzjani u Persuni bi Bżonnijiet Speċjali

Direttorat tas-Servizzi għal Għawdex

Pjazza San Franġisk

Il-Belt Victoria, Għawdex

Tel: 2215 6620 / 2215 6621

email: services.mgp@gov.mt jew elderly.mgp@gov.mt

Aħna noffru s-Servizz tat-Telecare flimkien ma’ Connected Care. It-Telecare jaħdem billi ninqdew b’telefown jew kaxxa speċjali mqabbda ma’ linja normali tat-telefown. Jekk ikollok bżonn, tkun tista’ ssejjaħ għall-għajnuna billi tagħfas buttuna li tinsab fuq il-kaxxa jew fuq il-pendent li jiġi pprovdut mal-kaxxa. Il-pagament ta’ l-installazzjoni huwa €25. Persuni li għandhom karta roża valida, huma dijabetiċi jew għandhom iktar minn 80 sena ma jħallsux il-kera ta’ kull xahar.

Telecare on the Move

L-għan tas-servizz tat-Telecare on the Move hu li persuni bid-dimensja jgħixu kwalità ta’ ħajja bl-inqas restrizzjonijiet li jitpoġġew fuq il-libertajiet personali tagħhom. B’hekk dan isservizz li hu bbażat fuq teknoloġija, jgħin persuni bid-dimensja ta’ ’l fuq minn 60 sena biex ikomplu jgħixu f’darhom stess u filkomunità.

Servizz ta’ Social Worker għall-Anzjani

L-għan prinċipali tas-Servizz ta’ Social Worker fi ħdan il-kura tal-anzjani huwa li jservi ta’ punt ta’ referenza għal individwi ta’ ’l fuq minn 60 sena, li jistgħu jesperjenzaw sfidi diversi f’ħajjithom. Dawn l-isfidi jistgħu jinħolqu gradwalment jew f’daqqa. Hemm diversi diffikultajiet li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom fosthom problemi ta’ saħħa, id-dimensja, id-diżabilità, in-nuqqas ta’ appoġġ informali, it-telfa ta’ xi ħadd maħbub, is-solitudni, forom ta’ abbuż, kwistjonijiet ta’ faqar, u aktar.

L-anzjani jiġu segwiti mill-qrib mis-social worker prinċipalment permezz ta’ żjarat fid-djar. L-assistenza provduta tinkludi appoġġ u gwida emozzjonali, kuntatt kontinwu mal-qraba jew next-of-kin, u anke intervent f’mumenti ta’ kriżi.

Servizz ta’ Handyman

Aħna noffru dan is-servizz permezz ta’ handyman mis-Sezzjoni tagħna. Il-handyman jista’ jagħmel wieħed jew aktar minn dawn ixxogħlijiet ta’ natura żgħira fuq:

• Xogħol fl-injam

• Tiswija ta’ ħsarat fis-sistema tal-ilma

• Tiswija ta’ ħsarat fis-sistema tad-dawl

Servizz ta’ Ġardinar

Dan is-servizz qed jingħata lil dawk il-persuni anzjani, kif ukoll persuni bi bżonnijiet speċjali li jġħixu weħidhom u li minħabba raġunijiet varji ta’ nuqqas ta’ mobbilta’ li isibuha diffiċli biex jaħdmu u jieħdu ħsieb il-ġnien li jkollhom mad-dar. B’hekk huma jkunu jistgħu jgawdu l-ġardina tagħhom. Dan is-servizz hu bla ħlas.

Assistenza lil Persuni bi Problemi ta’ Inkontinenza

Aħna nipprovdu ħrieqi lil persuni bi problemi ta’ inkontinenza permezz ta’ żewġ skemi. Skema A hija għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Skema B hija għal persuni anzjani.

Min juża s-servizz permezz ta’ Skema B intitolat/a għal sussidju ta’:

• Kuxxinetti tan-nisa

• Irranġar fid-dar f’każ fejn wieħed ma jkunx jista’ jmur min-naħa għal oħra b’kumdità 0.05ċ

• Kuxxinetti tan-nisa Extra

• Kuxxinetti tal-irġiel

• Folji Inco

• Ħrieqi Żgħar

• Ħrieqi Medji

• Ħrieqi Kbar

• Ħrieqi Extra Kbar

• Pull-ups Żgħar

• Pull-Ups Medji

• Pull-Ups Kbar

• Pull-Ups Extra Kbar

Il-prezz huwa fuq kull biċċa.

Jekk ikollok karta tal-Identità Speċjali maħruġa mill-Kummissjoni

Nazzjonali Persuni b’diżabbilità, inti tieħu għadd limitat ta’ prodotti b’xejn fi-xahar.

Telefown - 2215 6626

Servizz ta’ Platt Sħun (Meals on Wheels)

Tista’ tirċievi kuljum f’darek ikla li aħna nipprovdu blgħajnuna tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

L-ikla tikkonsisti fi tliet platti, u l-prezz issussidjat huwa ta’ €2.33.

Tista’ tapplika fl-uffiċċju tagħna billi ċċempel fuq 2215 6345.

Servizz ta’ Hairdresser

Servizz offrut lil nies li huma fis-sodda, f’siġġu tar-roti jew ma joħorġux mid-dar.

Biex tapplika trid iċċempel fuq 2215 6345 u titlobna dan is-servizz. Aħna nikkuntattjaw lill-hairdresser biex tkun tista’ tipprovdilek dan is-servizz.

Dan is-servizz huwa mingħajr ħlas imma shampoo u żebgħa jridu jiġu provduti mill-klijent/a.

Servizz

ta’ Fiżjoterapista

Servizz offrut lil nies li huma fis-sodda, f’siġġu tar-roti jew ma joħorġux mid-dar.

Biex tibbenifika minn dan is-servizz, trid iċċempel fuq 2215 6345/0 u titlobna dan is-servizz. Fl-ewwel viżta jsir assessjar tas-sitwazzjoni. Aħna nikkuntattjaw lillFiżjoterapista biex tkun tista’ tipprovdilek dan is-servizz. Is-servizz huwa bla ħlas.

Servizz ta’ Għajnuna fid-Dar

Aħna noffru dan is-servizz sabiex ngħinukom tkunu aktar indipendenti f’darkom u nagħtukom għajnuna domestika u personali. L-Assistenti Soċjali jgħinukom:

• fil-ħasil tal-art tal-kmamar fejn toqogħdu (kamra tas-sodda, kamra tal-banju, kċina)

• fit-tfarfir tal-għamara ta’ dawn il-kmamar

• u f’servizzi oħra (bħall-qadi, xiri u ġbir ta’ mediċini)

Is-servizz li jiġi approvat hu ta’ bejn sagħtejn sa ħames sigħat fil-ġimgħa.

Infermiera u Social Worker jiddeċiedu I-ammont ta’ sigħat li hemm bżonn jingħataw wara li ssir żjara fid-dar tal-applikant.

Dan is-servizz noffruh lil persuni ’l fuq minn 65 sena, persuni b’diżabbiltà u persuni b’mard terminali. Biex tapplika żur l-uffiċċju tagħna biex tiġbor formola li tinkludi wkoll rapport mediku li jrid jimtela mit-tabib personali tiegħek.

Il-ħlas għal dan is-servizz huwa ta’:

• €2.33 fil-ġimgħa għal persuni weħidhom

• €3.49 fil-ġimgħa għal aktar minn persuna waħda li toqgħod fl-istess dar

Tista’ tapplika billi ċċempel fuq 2215 6620.

Roħs fuq il-Kera tat-Telefown

It-tnaqqis fuq il-kera tat-telefon jipprovdi roħs ta’ kull xahar fuq il-linja diretta tat-telefon tar-residenza talapplikant. Dan is-servizz huwa maħsub biss għallanzjani li jkollhom servizz tat-telefon TAL-GO plc u li jippossjedu karta Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. L-applikanti m’għandhomx ikunu parti minn xi kuntratti li jinvolvu pakketti tad-dar jew xi offerti oħra. Ma hemm l-ebda skont fuq telefonati li jsiru mil-applikant.

Università tat-Tielet Età

Għall-Università tat-Tielet Età jista’ jattendi kull min għandu aktar minn 60 sena. Matul is-sena akkademika, li tibda f’Ottubru u tispiċċa f’Ġunju, ikun hemm erba’ suġġetti. Is-suġġetti magħżula huma mgħallma minn erba’ letturi differenti. Il-lezzjonijiet li jsiru huma ta’ interess kbir għall-persuni li jattendu. Il-lezzjonijiet isiru nhar ta’ Ġimgħa fil-Kampus ta’ Għawdex fix-Xewkija.

It-trasport huwa bla ħlas u jkopri l-lokalitajiet kollha f’Għawdex.

Tista’ tapplika billi tikkuntattja l-uffiċċji tagħna fuq 2215 6627/0 bejn it-8:00 am u s-2:00 pm.

Tapplika miżata annwali ta’ €12.

Ċentru ta’ Matul il-Jum f’Għajnsielem

Iċ-ċentru ta’ matul il-jum huwa maħsub sabiex int tibqa’ kemm jista’ jkun attiv/a fis-soċjetà. Huwa wkoll mezz sabiex nevitaw kemm jista’ jkun dipendenza fuq ilfamilja tiegħek.

Programm ta’ Attivitajiet

Is-servizzi u l-attivitajiet li nagħtu miċ-ċentru ta’ matul il-jum huma maħsuba biex ngħinuk iżżomm l-interessi tiegħek kif ukoll ninkoraġġuk issib oħrajn ġodda.

Aħna nipprovdu:

• Trasport minn u lejn iċ-ċentru

• Kolazzjon u ikla ta’ nofsinhar

• Diskussjonijiet edukattivi

• Attivitajiet fuq ġewwa u barra, u ħarġiet ta’ rikreazzjoni

Fiċ-ċentru jkun hemm infermiera għal kull bżonn li jista’ jinqala’.

Jekk inti persuna anzjana, ikkuntattjana fuq in-numru 2156 5891 biex tattendi.

Tista’ tapplika wkoll fl-uffiċċju tagħna billi ċċempel fuq 2215 6620/1.

Ir-reġistrazzjoni hija b’xejn iżda għall-attendenza trid tħallas €4 li tinkludi kolazzjon, ikla ta’ nofsinhar u attivitajiet oħra.

Ċentri tal-Anzjanità Attiva

Iċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva jipprovdu spazju u ambjent fejn l-anzjani jistgħu jibqgħu attivi fiżikament, mentalment u soċjalment. Tista’ tiltaqa’ ma’ persuni oħra tal-età tiegħek u tipparteċipa fl-attivitajiet organizzati.

Kull ċentru joffri programm varjat ta’ attivitajiet, fosthom ganutell, bizzilla, pittura u eżerċizzju fiżiku.

Informazzjoni dwar dawn iċ-ċentri:

Ta’ Kerċem -

Be Active

Triq Wenzu Mintoff

Ta’ Kerċem

Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mit-7:00 am sad-9:00 am

Attivitajiet: Be Active

Ta’ Sannat -

Kunsill Lokali Ta’ Sannat

Triq Ta’ Sannat

Ta’ Sannat

Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:

It-Tlieta: Keep Fit | 8:30 am – 11:30 am

Il-Ġimgħa: Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm

Ix-Xewkija -

Il-Każin tal-Banda tax-Xewkija

Triq Santa Katerina

Ix-Xewkija

Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:

It-Tnejn: Knitting | 9:00 am – 12:00 pm

It-Tlieta: Line Dancing | 9:00 am – 10:30 am

L-Erbgħa: Keep Fit | 9:00 am – 11:00 am

Il-Ġimgħa: Line Dancing | 9:00 am – 10:30 am

Taċ-Ċawla -

Ċentru Ragħaj it-Tajjeb

Ċentru Parrokkjali

Triq Sir Paul Boffa

Victoria

Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:

It-Tnejn: Keep Fit | 9:00 am – 10:00 am

It-Tnejn: Ħjata u Pittura | 9:00 am – 12:00 am

It-Tlieta: Knitting u Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm

L-Erbgħa: Pittura | 9:00 am – 12:00 am

Il-Ħamis: Bizzilla | 9:00 am – 12:00 pm

Il-Ġimgħa: Induratura | 9:00 am – 12:00 pm

Il-Qala -

Kunsill Lokali Qala

Ċentru Ċivili Qala

Triq l-Isqof Mikiel Buttigieg

Il-Qala

Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:

It-Tlieta: Knitting | 9:00 am – 12:00 pm

Il-Ħamis: Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm

Il-Ġimgħa: Keep Fit | 8:45 am – 9:45 am

Iż-Żebbuġ -

Każin tal-Banda Żebbuġ

Triq il-Knisja

Iż-Żebbuġ

Ġranet u Ħinijiet tal-ftuħ:

It-Tlieta: Pittura | 9:00 am – 12:00 pm

L-Erbgħa: Ħjata | 9:00 am – 12:00 pm

Il-Ħamis: Keep Fit | 9:00 am – 10:00 am

Il-Ħamis: Pittura | 9:00 am – 12:00 am

Persuni ’l fuq minn 60 sena jistgħu japplikaw għal dan is-servizz.

Tista’ tapplika jew fiċ-ċentri jew permezz taluffiċċju tagħna billi ċċempel fuq 2215 6644 jew 2210 0265.

Tixtieq dan is-servizz?

Jekk int jew xi ħadd għażiż għalik tkunu interessati li tissieħbu fil-komunità ta’ Dar San Ġuzepp, nistednuk biex tapplika għal żjara billi ċċempel fuq 2317 4500 jew tikkuntattja lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fuq 2215 6237 biex issir taf aktar fuq is-servizzi tagħna.

Dar San Ġużepp

(Għajnsielem)

Dar San Ġużepp (Għajnsielem) hija faċilità li toffri ambjent familjari għall-anzjani. Il-faċilità tinkludi spazji soċjali u żoni ħodor, li jrawmu atmosfera fejn ir-residenti jistgħu jgħixu ħajja attiva u ta’ sodisfazzjon fil-qalba talkomunità.

Servizzi ta’ infermiera

Infermiera speċjalizzati fil-qasam ikunu preżenti siegħa kuljum biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet mediċi fosthom preparazzjoni tal-kura u mediċini, monitoraġġ, u kuntatt ma’ tobba u speċjalisti tas-saħħa.

Faċilitajiet fil-kamra

Dar San Ġużepp tikkonsisti minn 3 livelli, bi 72 kamra li fihom sodda waħda jew tnejn, u parkeġġ taħt l-art. Ilkmamar huma mgħammra b’kamra tad-doċċa adattata għall-utenti tas-siġġu bir-roti, arja kundizzjonata, servizz b’xejn ta’ konnessjoni tat-televiżjoni, WiFi, telefown, kif ukoll sistema ta’ nurse call.

Ikliet

Ta’ kuljum tiġi servuta kolazzjon fil-kamra tar-resident waqt li l-pranzu u l-ikel ta’ filgħaxija jiġu servuti filkamra tal-ikel. Ir-residenti jistgħu jordnaw minn menù li joffri bosta għażliet nuttritivi mfassla skont il-ħtiġijiet tad-dieta tar-resident.

Bżonnijiet spiritwali

Ta’ kuljum tiġi ċċelebrata Quddiesa kif ukoll jingħad irRużarju, flimkien ma’ servizzi pastorali oħra, fil-kappella moderna ddedikata lil San Ġużepp.

Attivitajiet

Jiġu organizzati attivitajiet varji skont l-interess u l-kapaċitajiet tar-resident. Waqt ħarġiet u attivitajiet, ir-residenti huma akkumpanjati minn ko-ordinatur talattivitajiet u carers biex tiġi mħarsa s-sigurtà tas-saħħa tar-resident.

Ħinijiet tal-viżitaturi

• Bejn l-10:00 am u l-11:30 am u bejn it-3:00 pm u t-8:00 pm

Servizzi oħra:

• Front Office Support

• Servizzi ta’ sigurtà tas-saħħa

• Servizzi ta’ hairdressing

• Speċjalisti tas-saħħa u infermiera

• Ħasil ta’ ħwejjeġ u bjankerija

Villa San Lawrenz

Villa San Lawrenz isservi bħala faċilità residenzjali li toffri ambjent ta’ trawwim għall-anzjani, li tipprovdi kura kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul, u anke servizzi ta’ respite.

Servizzi offruti:

• Kull resident ikollu kamra personalizzata u jista’ jżomm ħajja indipendenti, b’assistenza disponibbli kull ħin

• Aġġornamenti regolari dwar il-benesseri tar-residenti jingħataw lill-membri talfamilja tagħhom

• L-istaff huwa ddedikat biex jippreserva d-dinjità, l-awtonomija, u l-istima tarresidenti kollha

Eliġibilità:

• Individwi ta’ 60 sena ’l fuq

• Anzjani li jgħixu b’mod indipendenti jew jiddependu ħafna fuq oħrajn

• Anzjani li qed jesperjenzaw diżorjentazzjoni u dimensja

• Anzjani li jeħtieġu kura fit-tul

• Anzjani li ma jistgħux jgħixu fi djarhom stess

• Anzjani li jeħtieġu kura paljattiva

• Anzjani li jeħtieġu kura ta’ respite għal żmien li jvarja, ibbażat fuq il-bżonnijiet tal-familja.

Karatteristiċi tal-faċilità:

• Ikun hemm servizz ta’ kura tal-infermiera 24 siegħa

• L-aċċess għal-liftijiet huwa disponibbli fi tliet sulari

• Kull kamra tas-sodda hija mgħammra b’doċċa/toilet en-suite

• Lożor tas-sodda u xugamani huma provduti u maħsula mid-dar tal-kura

• Il-ħwejjeġ għandhom ikunu mmarkati bl-isem tarresident għal identifikazzjoni faċli

• Kull sodda f’kull kamra hija mgħammra b’qanpiena biex tissejjaħ infermiera u telefown għal telefonati fissi lokali

• Il-ħinijiet taż-żjarat huma kuljum: 10:00 am – 11:00 am, 3:30 pm – 5:00 pm, 7:00 pm – 7:30 pm

• L-ikliet huma preparati friski fuq il-post u li jakkomodaw il-bżonnijiet speċjali tad-dieta ta’ kull resident

• Jiġu organizzati attivitajiet u ħarġiet regolari għarresidenti

• WiFi huwa aċċessibbli madwar id-dar tal-kura

• Kaxxa tat-TV għall-użu fil-kamra tista’ tiġi provduta mid-dar tal-kura bi ħlas ta’ kull xahar. Is-sett tattelevixin għandu jkun tar-resident/familja

Servizzi oħra: Ir-residenti għandhom aċċess għal servizzi bħal:

• Ġerjatrija fuq il-post

• Fiżjoterapisti li jużaw faċilitajiet ta’ ġinnasju fuq il-post

• Occupational Therapist

• Podjatrija

• Hairdresser

Għal kwalunkwe tip ta’ mistoqsija, residenti, membri tal-familja, jew rappreżentanti maħtura legalment jistgħu jikkuntattjaw lil:

Kap Eżekuttiv tad-Dar fuq 2156 4645 jew ibgħat email lil vsanlawrenz@gmail.com; jew The Elderly & Special Needs Section, Dipartiment tas-Servizzi ta’ Għawdex, Pjazza San Franġisk, il-Belt Victoria, Għawdex fuq 2215 6620. Inkella, jekk jogħġbok ibgħat email lil services.mgp@gov.mt.

Ġesù Nazzarenu

Night Shelter

Iċ-Ċentru Ġesù Nazzarenu fix-Xagħra, Għawdex, huwa post li fih jospita anzjani li normalment ikunu joqogħdu waħedhom u minflok jagħżlu li jorqdu waħedhom, ifittxu l-kenn ta’ dan iċ-ċentru li joffrilhom kumdità u għajnuna għal matul il-lejl.

Iċ-ċentru huwa mmexxi u ffinanzjat mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, u joffri dak kollu li jkun meħtieġ biex dan iċ-ċentru jkun jista’ jgħin lir-residenti li jkunu fih.

Iċ-ċentru huwa mgħammar bil-kumditajiet u għajnuniet kollha li l-anzjan li jagħżel li jiġi jgħaddi l-lejl f’dan il-post jista’ jkollu bżonn: kmamar individwali mgħammra b’arja klimatizzata fejn l-anzjan jibqa’ jżomm ċertu privatezza, sistema li permezz tagħha wieħed jista’ jitlob għajnuna jekk ikollu bżonn matul il-lejl, u kumditajiet oħra.

Dan iċ-ċentru jiftaħ fis-6:30 pm għall-anzjani residenti. Kif jaslu hemm jkunu mgħejjuna mill-carers li jkunu magħhom bl-użu ta’ lift li jwassal għaċ-ċentru. Jekk ikunu jridu, jista’ jingħatalhom te jew kafè skont ix-xewqa tagħhom. Wara jgħaddu ftit ħin mal-carers fejn flimkien jagħmlu attivitajiet rikreattivi, fosthom logħba tombla, xogħol tal-idejn bħalma hu x-xogħol tal-labar jew ganċ, u krafts oħra. L-anzjani jistgħu jgħaddu wkoll ftit ħin jaraw xi programm televiżiv waqt li jirrakkuntaw xi ġrajja tal-passat sakemm isir il-ħin biex jinġabru fil-kmamar tagħhom. Filgħodu meta jqumu jiġu mgħejjuna f’dak kollu li jkollhom bżonn u jibqgħu hemm sas-7:00 am. Imbagħad imorru lura f’darhom biex jgħaddu l-ġurnata f’ambjent familjari.

Casa Amalia Day Centre & Night Shelter

Faċilità olistika li tinsab ġewwa l-Belt Victoria u li toffri s-servizzi tagħha matul il-ġurnata għall-anzjani li jbatu bid-dimensja. Il-ħaddiema professjonali huma konxji bilproblema ta’ tensjoni li tikkawża d-dimensja, sew fuq min ikun qiegħed ibati minnha, kif ukoll dawk li jkunu qegħdin jieħdu ħsieb il-persuna, u għaldaqstant huma mħarrġa apposta biex isolvu kwalunkwe inkonvenjent li jista’ jinqala’. Dan iċ-ċentru huwa wieħed li joffri servizzi ta’ kura matul il-jum u billejl. Din ir-residenza tipprovdi ambjent ta’ familja b’aktar sigurtà, kumdità u kura mill-infermiera fejn l-anzjani jibqgħu parti mill-komunità. Il-klijenti jistgħu jipparteċipaw f’bosta attivitajiet bl-iskop li jiġi mtejjeb ilpotenzjal ta’ kull individwu. L-attivitajiet jinkludu faċendi tad-dar, divertiment bħal tombla u kant, movie nights, xogħol tal-ġnien u artiġjanat. Jiġi provdut ukoll trasport b’xejn għall-anzjani.

Biex tapplika għandek tiġbor formula mill-Uffiċċju talAnzjani, ġewwa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Dan is-servizz huwa bla ħlas.

Jekk tixtieq aktar informazzjoni ċempel fuq 2155 1000 jew ibgħat email fuq info@icare.com.mt.

Casa Giuseppe Care and Retirement Home

Casa Giuseppe hija dar għall-anzjani, fir-Rabat, Għawdex, imfassla b’reqqa biex toffri lill-anzjani l-kumdità, is-sigurtà, u l-faċilitajiet kollha li jixirqilhom. Kull kamra hija intiża li tipprovdi l-kumdità neċessarja biex kull resident iħossu komdu fi spazju modern u f’sens qawwi ta’ appartenenza komunitarja. Casa Giuseppe toffri veduti kemm tal-Belt Victoria kif ukoll tal-għelieqi tal-madwar, filwaqt li hija biss ftit passi bogħod minn bosta faċilitajiet kummerċjali.

It-tim professjonali tagħna ta’ infermiera u carers huma mħarrġa biex jagħtu kura ffukata fuq il-persuna, u jiżguraw li l-bżonnijiet mediċi, fiżiċi u soċjali ta’ kull resident jiġu sodisfatti b’dinjità u kompassjoni. Il-ħajja ta’ kuljum f’Casa Giuseppe hija arrikkita b’attivitajiet bħal arti u snajja’, żfin u eżerċizzji oħra, parteċipazzjoni fil-Quddiesa u ħarġiet organizzati, li kollha jsostnu l-benesseri u sens qawwi ta’ appartenenza.

Għal aktar informazzjoni ikkuntattjana fuq: 2156 8888 jew ibgħat email fuq: casagiuseppe@icare.com.mt

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.